Aqbeż għall-kontentut

Bulgarija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Repubblika tal-Bulgarija
Република България
Република България – Bandiera Република България – Emblema
Innu nazzjonali: Unity makes strength   (Ingliż)
Unità tagħmel il-Qawwa

Pożizzjoni tal-Bulgarija (aħdar skur)
– fil-kontinent Ewropew (aħdar ċar u aħdar skur)
– fl-Unjoni Ewropea (aħdar ċar)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Sofija
42°41′N 26°19′E / 42.683°N 26.317°E / 42.683; 26.317

Lingwi uffiċjali Bulgaru
Gruppi etniċi  Bulgari
Gvern Unitarja Parlamentari Repubblika
 -  President Rumen Radev (Румен Радев)
 -  Viċi President Iliana Iotova (Илияна Йотова)
 -  Prim Ministru Stefan Yanev (Стефан Янев)
Indipendenza
 -  L-Ewwel Imperu Bulgaru 681 
 -  It-Tieni Imperu Bulgaru 1185 
 -  Stat modern 1918–1938 
 -  Prinċipat tal-Bulgarija 19 ta Frar, 1878 
 -  Indipendenza 22 ta Settembru, 1908 
Sħubija fl-UE 1 ta' Jannar, 2007
Erja
 -  Total 110,994 km2 (105)
42,823 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.3
Popolazzjoni
 -  stima tal-2011 7,364,570 (98)
 -  ċensiment tal-/
 -  Densità 66.2/km2 (139)
171/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $101.035 biljun (66)
 -  Per capita $13,789 (69)
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $53.545 biljun (72)
 -  Per capita $7,308 (76)
IŻU (2011) 0.771 (għoli) (55)
Valuta Lev (BGN)
Żona tal-ħin EET (UTC+2)
Kodiċi telefoniku 359
TLD tal-internet .bg
Organizzazzjoni territorjali
Mappa ta' Bulgarija
Kwartieri ġenerali tal-Akkademja Bulgara tax-Xjenzi f'Sofia
Mużew Arkeoloġiku Nazzjonali ta' Bulgarija

Il-Bulgarija (Bulgaru: България, IPA: [bɤ̞ɫɡarijɐ]), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Bulgarija, huwa pajjiż li jinsab fl-Ewropa tax-Xlokk. Dan huwa mdawwar bir-Rumanija fit-Tramuntana, is-Serbja u l-Maċedonja ta' Fuq fil-Punent, il-Greċja u t-Turkija fin-Nofsinhar u l-Baħar l-Iswed fil-Lvant. B'territorju ta' 110,994 kilometru kwadru (42,855 mi kw), il-Bulgarija hija l-14-il l-akbar pajjiż fl-Ewropa. Il-qagħda tagħha jagħmilha salib it-toroq storiku għaċ-ċiviltajiet differenti u għalhekk insibu hemm xi xogħol tal-metall, oġġetti reliġjużi u kulturali mill-aktar bikrija fid-dinja

Total tal-fruntieri tal-Bulgarija: 1,806 km, pajjiżi tal-fruntiera (5): il-Greċja 472 km; il-Maċedonja 162 km; Rumanija 605 km; Serbja 344 km; Turkija 223 km.

Is-sistema politika[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bulgarija hija repubblika parlamentari. Il-kap tal-gvern - il-Prim Ministru - għandu l-aktar pożizzjoni b’saħħitha tas-setgħa eżekuttiva. Il-kap tal-istat - il-President - primarjament għandu setgħat rappreżentattivi kif ukoll setgħat limitati tal-veto. Il-Bulgarija hija stat unitarju bi struttura ċentralizzata. Tikkonsisti minn 27 provinċja u provinċja kapitali metropolitana (Sofija-Grad). Il-gvernaturi reġjonali huma maħtura mill-gvern.[1]

Il-kummerċ u l-ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Bulgarija fl-2018 kienu l-industrija (23.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (22.6 %), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.1 %).[1]

Il-kummerċ fl-UE jammonta għal 69 % tal-esportazzjonijiet tal-Bulgarija (il-Ġermanja 15 %, l-Italja 9 % u r-Rumanija 9 %), filwaqt li barra mill-UE 8 % jmorru fit-Turkija u 3 % fiċ-Ċina.[1]

F'termini ta' importazzjonijiet, 64 % jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12 %, l-Italja 8 % u r-Rumanija 7 %), filwaqt li barra mill-UE 10 % jiġu mir-Russja u 6 % mit-Turkija.[1]

Il-Bulgarija fl-UE[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm 17-il membru fil-Parlament Ewropew mill-Bulgarija. [1]

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Bulgaru, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[1]

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur. Matul dawn is-sitt xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenza Bulgari:Jan-Ġun 2018[1]

Il-Kummissarju nominat mill-Bulgarija għall-Kummissjoni Ewropea hi Mariya Gabriel, li hi responsabbli għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ.[1]

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[1]

Il-Bulgarija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[1]

Il-Bulgarija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[1]

Il-Bulgarija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Bulgarija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.[1]

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. Ċifri tal-2018 għall-Bulgarija:

  • Nefqa totali tal-UE fil-Bulgarija – € 2.169 biljun (ekwivalenti għal 3.91 % tal-ekonomija Bulgara)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.487 biljun (ekwivalenti għal 0.88 % tal-ekonomija Bulgara)[1]

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Bulgarija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[1]

Organizzazzjoni territorjali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bulgarija hija maqsuma f'27 reġjun amministrattiv, flimkien mar-reġjun tal-kapitali Sofia. Min-naħa tagħhom, dawn ir-reġjuni huma maqsuma f'264 muniċipalità. Li tinsab fix-Xlokk tal-Ewropa, il-Bulgarija tippreżenta eżenzjoni varjata ħafna.

Demografija[immodifika | immodifika s-sors]

belt l-aktar popolata[immodifika | immodifika s-sors]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Mountajna[immodifika | immodifika s-sors]

Idrografija[immodifika | immodifika s-sors]

Xmajjar[immodifika | immodifika s-sors]

Gallerja[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j Bulgarija, europa.eu